(Rating: 15 Length: 95min)

Film Type: (Digital in 2D)
Genre: Drama, Romance

Cast

Director: Dominic Said
Writers: Clayton Pace
Stars: Clayton Pace, Kristen Camilleri, Sonic Aquilina

Synopsis

Temmen int bid-destin? Ħafna minn nies jemmnu li dak li hemm miktub għalina ma jħassru ħadd, u hemm oħrajn li jemmnu li d-destin huwa biss skuża li wieħed jista' iġib lilu nnifsu f’każ ta' mument iebes. Il-'film', "Id-Destin", huwa bbażat fuq ħajjet Ethan Costa, persuna li l-kurrent tal-ħajja kaxkru u ġarru miegħu għal-għonq it-triq; triq li l-istess Ethan Costa xejn ma kien komdu fiha. Dan kollu baqa' iseħħ sakemm il-ħajja ddeċidiet li tibgħat messaġġ ta' tama lil Ethan. Messaġġ bl-isem ta' Aurora Cole. L-imħabba għandha l-maġija li tnessi, li tbiddel u fuq kollox li tfejjaq; tfejjaq weġgħat li n-nies ta' madwarna kienu kapaċi jgħadduna minnhom. Dan hu l-messaġġ li Ethan Costa irċieva. Għaldaqstant, jekk int wieħed minn dawk li temmen li aħbar tajba tista' tnessi jew tbiddel it-traġedja ta’ ħajja li tkun għaddej minnha, mela nista' niggarantilek li sejjer żball. Ġrajja b’ingredjenti ta’ destin u destinazzjonijiet differenti li jagħqdu destin wieħed. Familji, għira, vendetti, vendikazzjonijiet, piki u wara kollox jew fuq kollox: l-imħabba. Għaliex hekk hija mibnija l-ġrajja tal-bniedem.

View Official Trailer Official Website